Ħamis ix-Xirka: Tifkira tal-Ikla tal-Mulej

Report
It-Tridu tal-Għid
Ħamis ix-Xirka:
Tifkira Solenni
tal-Ikla tal-Mulej
Sena B
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Qari I
Preċetti dwar l-ikla tal-Ġħid.
Eż 12, 1-8.11-14
Qari mill-Ktieb
tal-Eżodu.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Il-Mulej kellem
lil Mosè u lil Aron
fl-art tal-Eġittu,
u qalilhom:
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Dan ix-xahar
ikun għalikom
l-ewwel fost ix-xhur,
ikunilkom l-ewwel
xahar tas-sena.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Kellem
lill-ġemgħa kollha
ta’ Iżrael, u għidilhom:
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Fl-għaxra ta’ dan ix-xahar
kull wieħed minnkom
jieħu ħaruf kull familja,
wieħed kull dar.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Jekk il-familja
tkun żgħira wisq
biex tikluh kollu,
wieħed jieħu l-ħaruf
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«flimkien mal-ġar tiegħu,
l-eqreb lejn daru,
skont in-numru tan-nies;
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«skont kemm kull wieħed
jiflaħ jiekol,
hekk tqisuh il-ħaruf.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Il-ħaruf ikun bla difett,
raġel,
ta’ dik is-sena.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Tistgħu tieħdu
min-nagħaġ
jew mill-mogħoż.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Intom iżżommuh
sal-erbatax ta’ dax-xahar,
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«meta l-ġemgħa kollha
ta’ dar Iżrael toqtlu
bejn inżul ix-xemx
u d-dlam.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Imbagħad
jieħdu mid-demm tiegħu,
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«u jroxxuh fuq
il-ġnub u l-blata
tal-bibien tad-djar
fejn ikunu se jikluh.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«F’dik il-lejla għandhom
jieklu l-laħam mixwi,
b’ħobż bla ħmira,
u b’ħaxix morr.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«U tikluh hekk:
qaddejkom imħażżma,
bil-qorq f’riġlejkom
u l-ħatar f’idejkom;
u tikluh bl-għaġla.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Din hi
l-mogħdija tal-Mulej!
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Għax dak il-lejl
jiena ngħaddi
mill-art tal-Eġittu
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«u nidrob
lil kull min hu l-ewwel
fost l-imwelldin
fl-art tal-Eġittu,
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«bnedmin u bhejjem,
u nagħmel ħaqq
mill-allat kollha tal-Eġittu:
Jien, Jaħweh!
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Id-demm ikun bħala
sinjal tagħkom
fuq id-djar fejn tkunu,
u jien xħin nara d-demm
nibqa’ għaddej,
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«u ebda marda
ma tiġi teqridkom
meta jien nidrob
l-art tal-Eġittu.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Dak il-jum ikun għalikom
jum ta’ tifkira,
u intom tħarsuh
bħala festa tal-Mulej;
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«iżżommu
din l-osservanza bħala liġi
għaż-żminijiet kollha
li ġejjin.»
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Salm Responsorjali
Salm 115 (116), 12-13.15-16bċ.17-18
℟. Il-kalċi mbierek
huwa xirka
mad-demm ta’ Kristu.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Xi rrodd lill-Mulej
għall-ġid kollu
li għamel miegħi?
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Ngħolli l-kalċi
tas-salvazzjoni,
u isem il-Mulej insejjaħ.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
℟.
Il-kalċi mbierek huwa
xirka mad-demm ta’ Kristu.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Għażiża f’għajnejn il-Mulej
hi l-mewt tal-ħbieb tiegħu.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Jien qaddej tiegħek,
bin il-qaddejja tiegħek.
Int ħallejtli l-irbit tiegħi.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
℟.
Il-kalċi mbierek huwa
xirka mad-demm ta’ Kristu.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Lilek noffri
sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr,
u isem il-Mulej insejjaħ.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Intemm lill-Mulej
il-wegħdiet tiegħi,
quddiem
il-poplu tiegħu kollu.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
℟.
Il-kalċi mbierek huwa
xirka mad-demm ta’ Kristu.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Qari II
Kull meta tieklu u tixorbu,
ixxandru l-mewt tal-Mulej.
1 Kor 11, 23-26
Qari mill-Ewwel Ittra
ta’ San Pawl Appostlu
lill-Korintin.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Ħuti,
jien irċevejt
mingħand Il-Mulej
it-tagħlim li għaddejt lilkom,
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
jiġifieri,
li l-Mulej Ġesù,
fil-lejl li fih kien ittradut,
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
ħa l-ħobż
u wara li radd il-ħajr
qasmu u qal:
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Dan hu ġismi
li jingħata għalikom;
agħmlu dan b’tifkira tiegħi.»
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Hekk ukoll
għamel bil-kalċi,
wara li kiel,
qal:
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Dan il-kalċi
hu l-patt il-ġdid b’demmi;
agħmlu dan
kull meta tixorbu,
b’tifkira tiegħi.»
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Mela kull meta
tieklu dan il-ħobż
u tixorbu dan il-kalċi,
intom ixxandru
l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Bilwieqfa
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Glorja u tifħir lilek Kristu.
℟. Glorja u tifħir lilek Kristu.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Ġw 13, 34
Nagħtikom
kmandament ġdid,
jgħid il-Mulej:
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
li tħobbu lil xulxin,
bħalma ħabbejtkom jien.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Glorja u tifħir lilek Kristu.
℟. Glorja u tifħir lilek Kristu.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Evanġelju
Ħabbhom għall-aħħar.
Ġw 13, 1-15
 Qari mill-Evanġelju
skont San Ġwann.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Qabel il-festa tal-Għid,
billi kien jaf Ġesù
li waslet is-siegħa tiegħu
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
biex jgħaddi
minn din id-dinja
għal għand il-Missier,
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
hu,
li kien ħabb
lil tiegħu li kienu fid-dinja,
ħabbhom għall-aħħar.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Kienu qegħdin għall-ikel.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Ix-Xitan
kien ġa webbel lil Ġuda
ta’ Xmun l-Iskarjota
u daħħallu f’rasu
li jittradih.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Ġesù kien jaf li l-Missier
tah kollox f’idejh,
u li hu kien ġie
mingħand Alla
u kien sejjer għand Alla.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Qam minn fuq il-mejda,
neħħa l-mantar minn fuqu,
ħa fardal u rabtu
ma’ qaddu.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Imbagħad
ferra’ l-ilma fil-lenbija,
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
u beda jaħsel
saqajn id-dixxipli
u jixxuttahomlhom
bil-fardal li kellu ma’ qaddu.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Mela wasal
fuq Xmun Pietru,
u dan qallu:
«Int, Mulej,
taħsilli saqajja?»
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Ġesù wieġbu:
«Int għalissa ma tafx
x’qiegħed nagħmel jien;
tifhmu aktar ’il quddiem.»
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Qallu Pietru:
«Ma jkun qatt
li inti taħsilli saqajja!»
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Wieġbu Ġesù:
«Jekk ma naħsillekx saqajk,
ma jkollokx
x’taqsam miegħi.»
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Qallu Xmun Pietru:
«Mulej,
mhux saqajja biss,
imma idejja u rasi wkoll.»
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Qallu Ġesù:
«Min hu maħsul,
ma għandux għalfejn
jinħasel kollu, ħlief saqajh,
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«għax hu
kollu kemm hu nadif,
u intom indaf,
imma mhux ilkoll.»
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Għax hu kien jaf
min kien sejjer jittradih;
għalhekk qal,
«M’intomx ilkoll indaf.»
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Wara li ħaslilhom saqajhom,
libes il-mantar u raġa’
qagħad fuq il-mejda;
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
u qalilhom:
«Tafu x’għamiltilkom?
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Intom issejħuli
l-Imgħallem u l-Mulej,
u tgħidu sewwa,
għax hekk jien.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Mela jekk jien,
li jien il-Mulej
u l-Imgħallem
ħsiltilkom saqajkom,
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«hekk intom għandkom
taħslu saqajn xulxin.
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
«Għax jien
tajtkom eżempju,
biex
kif għamilt jien magħkom,
hekk tagħmlu intom ukoll.»
Sena B
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. It-tifħir lilek Kristu.
Bilqiegħda

similar documents