Doreen Coleiro - It-tagħlim tal

Report
Clare Azzopardi
Maħduma minn Ms Doreen Coleiro
Skola Sekondarja San Anton
Lina
 Fejn twieldet?
Twieldet “f’kamra qisha l-ħarifa”
 Liema hi l-figura tat-taħdit imħaddma? Xi tfisser?
Similitudni. Bħalma fil-ħarifa tara ħafna weraq jiġru fit-toroq, hekk ukoll
fil-kamra fejn twieldet Lina kien hemm ħafna folji tal-karti mxerrdin
mal-kamra.
 F’liema ambjent trabbiet Lina?
“Lina trabbiet minn fuq xkaffa għal oħra”
 Liema hi l-figura tad-diskors imħaddma?
Metafora. Lina trabbiet f’ambjent fejn kien hemm ħafna kotba
 Meta mbagħad bdiet tikber Lina “ngħalqet f’dinja ta’ kotba bħal
skeletru magħluq f’tebut”.
 Liema hi l-figura tad-diskors imħaddma u x’effett trid toħloq biha lawtriċi?
Similitudni. Kienet tinqata’ għaliha waħedha medhija fil-kotba biss.
 L-awtriċi tagħtina deskrizzjoni fiżika ta’ Lina. Kif
tiddeskriviha?
 Xagħarha qasir ma’ rasha.
 Tilbes dublett griż u flokk griż jinqafel bil-buttuni griżi
quddiem.
 X’effett trid toħloq l-awtriċi bir-ripetizzjoni tal-kelma griż?
L-awtriċi trid turina li Lina kienet karattru sempliċi, ma
tagħtix kas l-apparenza fiżika tagħha għaliex medhija
f’affarijiet li għaliha huma ħafna aktar importanti.
 X’konsegwenzi ġabet magħha din l-attitudni u d-dehra
fiżika tagħha?
Warrbet ukoll l-idea li xi darba tiżżewweġ kif xtaqu l-ġenituri
tagħha.
 “L-imħabba tagħha ma setgħet qatt tmiss lil xi raġel”
 Lejn xiex kienet indirizzata l-imħabba tagħha?
Iddedikat ħajjitha għall-kotba u l-kitba u l-ħolma tagħha
kienet li taqra u tippubblika kitbiet ġodda anke
t’awturi nisa.
 Meta missierha waqaf mix-xogħol uriet li kienet
kapaċi tmexxi l-ħanut u l-istamperija waħedha.
Lina: Aqra xi ħaġa ġdida, pa, almenu.
Il-Missier: Dawn affarijiet li jien niddeċidihom.
Lina: Jew ħalli lili naqrah! Ħallini naqra xi ħaġa ġdida!
Ngħidlek x’naħseb!
Il-Missier: X’taħseb int mhux se jagħmilna sinjuri.
Lina: Int ma, int qatt ma titkellem f’mumenti bħal
dawn?
 X’kien qed jirrifjuta li jagħmel missierha?
 Għaliex taħseb li missierha kien jirraġuna b’dan il-
mod?
 Fl-aħħar omm Lina, Stella, tintefa’ f’qiegħ ta’ sodda u
tikxef is-sigriet tagħha li kien moħbi f’kaxxa ċkejkna
f’moħba fil-kċina.
 X’kien is-sigriet f’din il-kaxxa?
45 ktieb ċkejken miktubin minn awturi nisa li ommha
stampat u llegat bil-moħbi
It-tmiem tan-novella
 Meta Lina semgħet l-istejjer fil-kotba ma
impressjonawhiex (anti klajmaks) iżda ma nafux jekk
missierha ddispjaċiehx jew le li ma ppubblikahomx.
Għalhekk filwaqt li l-omm tiżvela s-sigriet tagħha lopinjoni vera tal-missier tibqa’ sigrieta mal-mewt
tiegħu.
 Lina taqbad il-lapes u n-novella tispiċċa hawn.
X’taħseb li se tagħmel Lina?
 Għalhekk ngħidu li din in-novella għandha storja bi
tmiem miftuħ.
Riflessjonijiet li joħorġu minn din
in-novella
 Il-vuċi tal-mara f’soċjetajiet patrijarkali (ddominati
mill-irġiel) kienet maħnuqa.
 Din il-mentalità patrijarkali ma kinitx qed tħalli lill-
mara toħroġ il-kreattività artistika tagħha fil-beraħ.
 Għalhekk taħseb li b’din in-novella, l-awtriċi tixtieq
tagħti aktar vuċi lill-mara?

similar documents